MSSP

 

Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl

 

  • Pagna Principali

  • Mission Statement (u holmietna)

  • Storja

  • Il-Fundatur

  • Esperjenzi

  • Studji u Spiritwalita' MSSP

  • Direttorju

  • Links

  • Email / guestbook

  • "Ahna Lilkom"

  • Area Riservata

  • *** Lingwa Ohra ***

  •  

     

    Bidu ta' Missjoni Gdida - Harsa Lura Lejn l-1968

    - Fr. Vincent Magro mssp

    Fr Vince Magro kien wiehed mill-ewwel membri tal-MSSP li gew mibghuta l-Peru'. Hawn hu jaghti harsa lura lejn dawk il-granet tal-bidu, fl-1968. Fr Magro ghadu sal-lum jahdem kuntent il-Peru', f'parrocca li s-Socjeta' ghandha qrib il-belt ta' Arerquipa.

    Kull bidu difficli. Dik li tibda xi haga mill-bidu nett - avventura li ma tafx fejn se twasslek ... tafda biss fil-hniena t'Alla.

    Titghallem lingwa gdida, tghix ghal zmien twil il-boghod minn darek, tiekol ikel li qatt qabel ma kont timmagina, tghix f'mentalita' u kultura differenti; dan kollu mhux cajta!

    Dan gara' lili, l-ewwel membru tal-MSSP li qasam l-Atlantiku, biex imur il-Peru,  fuq il-vapur Taljan Donizetti. Wasalt hemm, biex nibda missjoni gdida, f'post mimli nemus, f'wied kollu faqar u l-perikli tax-xmara, brimb u shana kbira. Biex taghqad, in-nies tal-post ma tantx laqghuna ferhanin, lili u t-tnejn l-ohra li kienu gew mieghi. Kienu jarawna bhala barranin li rridu nindahlulhom, aktar milli bhala missjunarji!

    Ahna konna mistednin biex immorru hemm minn Mons. Redent Gauci O.C., isqof Malti li dak iz-zmien kien l-isqof ta' Chuquibamba. Kien zmien ta' tahwid ghalija personali, fejn kelli nirbah diffikulta' fuq ohra. Fost dawn id-diffikultajiet kien hemm naturalment il-lingwa, l-ikel (li kien jikkonsisti f'varjeta' ta' platti kollha maghmulin minn ross u qamhirrun), nies li ma fehmuniex, drawwiet li ghalina kienu strambi, u tant affarijiet ohra. Pero', bil-ghajnuna t'Alla, sa nofs Awissu bdejt noqghod, wara li kont ili xahrejn nghix fid-dar tal-Isqof.

    Aktar ma beda jghaddi z-zmien, aktar bdew jinbidlu l-affarijiet, tant li n-nies ta' dan il-post, li jismu Aplao, u li ghandu mieghu numru kbir ta' villaggi zghar, bdew verament japprezzaw ix-xoghol kbir li kienu qed iwettqu l-missjunarji tal-MSSP. U dan baqa' jikber sena wara l-ohra. L-ahhar sfida li kellna kienet il-bini mill-gdid ta' knejjes u bini iehor li ggarraf fit-terremot tal-2001.

    Kull bidu difficli. Dik li tibda xi haga mill-bidu nett - avventura li ma tafx fejn se twasslek ... tafda biss fil-hniena t'Alla.

    Xoghol iehor importanti hafna huwa l-preparazzjoni li naghmlu ghas-sagramenti, b'hafna korsijiet ta' qabel iz-zwieg u l-maghmudijiet li jigu organizzati fic-centri taghna kollha. Barra minn hekk, dejjem irridu nkunu certi li x-xoghol pastorali kollu tal-parrocca jigi mfassal skond il-hsibijiet tal-Koncilju Vatican II u d-dokumenti Latin-Amerikani ta' Medellin, Puebla u Santo Domingo.

    Illum, wara 35 sena, il-parrocca ta' Aplao meqjusa bhala xempju ghal dik li hi hidma pastorali u socjali. Iz-zewg membri tal-MSSP li hemm bhalissa fil-parrocca - Fr Gorg Scerri u Fr Reginio Bolivar, Peruvjan li gie ordnat sacerdot fl-1995 - imexxu parocca bi skola (primarja w sekondarja) ta' 400 tifel u tifla, radju lokali "Horizonte" b' lahqa ta' 100 kilometru kwadru (2500 mw) u, fuq kollox, parrocca b'celebrazzjonijiet ta' festi fil-villaggi kollha tul is-sena kollha.

    F'dan il-villagg jien qattajt 12-il sena minn hajti, u nista' nghid bla tlaqliq li kienu l-isbah snin ta' hajti.

     

    "nimxi warajk kull fejn tmur"