MSSP

 

Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl

 

  • Pagna Principali

  • Mission Statement (u holmietna)

  • Storja

  • Il-Fundatur

  • Esperjenzi

  • Studji u Spiritwalita' MSSP

  • Direttorju

  • Links

  • Email / guestbook

  • "Ahna Lilkom"

  • Area Riservata

  • *** Lingwa Ohra ***

     

     

    Il-Hajja fil-Parrocca

    Mary Farrell

    Minn semplici persuna li tattendi darba kull tant fil-Parrocca ta' Our Lady of Victories, f'Horsley Park (l-Awtralja), Mary Farrell issa aghmlet din il-parrocca verament taghha. Hawn tghidilna ftit dwar din il-familja gdida li sabet ruhha fiha.

    Il-hajja tieghi fil-parrocca ta' Our Lady of Victories, Horsley Park, bdiet billi ghall-bidu kont semplici "nattendi" l-parrocca. Dan ghaliex, waqt li ma kontx nghix f'Horsley Park, kont nigi hawn ghall-Quddies peress li ommi w missieri kienu jghixu fi hdan din il-komunita'.

    Jien gejt noqghod bil-familja fil-parrocca lejn tmiem l-2001, u mill-ewwel hassejna ruhna milqughin a parti mill-komunita' parrokkjali. F'Gunju 2002 jien hadt sehem fil-"mission" tal-parrocca. Din geddidtli l-entuzjazmu fil-fidi tieghi, u mlietni bix-xewqa li nkompli nikber fil-fidi fi hdan din il-kominuta'.

    Hekk kif ahna ghandna bzonn l-ikel biex nghixu, anke l-fidi taghna trid tigi mitmugha biex tikber u tghix. Dan nistghu naghmluh biss fil-qsim mal-membri tal-familja parrokkjali taghna.

    Il-komuinita' parrokkjali taghna hija verament ixxurtjata. Ghandna Team Pastorali mill-aktar dedikat, u bil-hidma, l-entuzjazmu u l-inkoraggiment taghhom irnexxielhom jibnu parrocca verament hajja u dinamika.

    Hawn ghandna gruppi w kumitati li jkopru kwazi kull aspett tal-hajja tal-parrocca - liturgija, festi, funzjonijiet, attivitajiet socjali, min inaddaf il-knisja, letturi, ecc. Jekk ikun hemm xi haga li ghadha mhix milhuqha, malajr naraw x'naghmlu! Li hu tajjeb f'dan kollu hu li dejjem jinstabu nies lesti li minn qalbhom joffru hinhom, it-talenti u l-energiji taghhom biex ix-xoghol u l-attivitajiet tal-parrocca jibqghu sejrin sena wara sena. Dan kollu jaghti cans lit-Team Pastorali biex ilahhaq ma' dak li hu verament xogholhom - il-kura pastorali tal-parruccani, f'mumenti kemm ta' ferh kif ukoll ta' biki.

    Familja ferhana u li taf thobb hija mportantissima ghalija. Jien nhares lejn il-komunita' parrokkjali bhala familja - li nkunu  hemm ghal xulxin, naqsmu il-fidi taghna, u niltaqghu biex flimkien nghaddu ftit hin ma' Missierna u ma' xulxin. Hekk kif ahna ghandna bzonn l-ikel biex nghixu, anke l-fidi taghna trid tigi mitmugha biex tikber u tghix. Dan nistghu naghmluh biss fil-ghixien tal-fidi fi hdan il-familja parrokkjali taghna.

    Bhala membru tal-Kunsill Parrokkjali, u bis-sehem tieghi f'diversi ministeri fi hdan din il-parrocca, jiena kburija li naghmel parti minn din il-komunita' mill-isbah, u li nista' nsejjah "Our Lady of Victories", "il-parrocca tieghi".

     

     

    "nimxi warajk kull fejn tmur"