MSSP

 

Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl

 

  • Pagna Principali

  • Mission Statement (u holmietna)

  • Storja

  • Il-Fundatur

  • Esperjenzi

  • Studji u Spiritwalita' MSSP

  • Direttorju

  • Links

  • Email / guestbook

  • "Ahna Lilkom"

  • Area Riservata

  • *** Lingwa Ohra ***

  •  

     

    Bidu Gdid

    - Fr Lonnie Borg mssp

    Fr Lonnie Borg kien wiehed mill-ewwel membri tal-MSSP li marru l-Filippipni. Flimkien ma' Fr Ivano Burdian mill-Awstralja, hu beda din il-missjoni gdida tieghu wara li kien ilu zmien jahdem fil-missjoni tal-MSSP fil-Pakistan.

    Darba kien hemm xi hadd li staqsieni ghaliex l-istudenti kienu jidhru daqshekk indixxiplinati, u qishom m'humiex kapaci joqghodu attanti waqt klassi ta' 50 minuta. Wara li qghadt nahseb ftit, ghidtlu, "ghax fil-klassi ma jistghux jaqbdu r-remote control u jbiddluu t-teacher". Qeghdin nghixu f-dinja ta' tibdil kontinwu, fast food, kollox tuzah darba w tarmih, globalizzazzjoni, u internet. Illum kollox isir malajr u issa!

    Fl-1998 jien gejt il-Filippini biex naghmel sena ta' studju. Is-sena ta' wara gejt mitlub mis-superjuri tieghi biex inkun wiehed mill-ewwel zewg membri destinati ghall-missjoni gdida tal-MSSP fil-Filippini. Wara li kont ili s-snin nahdem il-Pakistan, dan ma kienx facli ghalija. Kelli ninqata' mill-mentalita' li naghmel l-affarijiet kif jidhirli jien u li nara r-rizultat mill-ewwel. Kelli mmur kontra l-kurrent u nhalli lil Alla jmexxini. Fi kliem iehor, kelli nitghallem inkun pacenzjuz u kwiet, lest li nservi, nikber fis-solidarjeta' u li nitghallem li l-veru sens tal-imhabba huwa li taghti lilek innifsek. Kien hafna mportanti ghalija f'dak iz-zmien il-kliem mill-Apokalissi, "ftahtlek quddiemek bieb li hadd ma jista' jaghlqu." Bqajt miexi l-quddiem, konxju li dak li ghalissa jidher mohbi, ghad il-quddiem isir maghruf.

    Hekk kif wasalt il-Filippini ghalija nfethet dinja gdida. Din l-esperjenza ghinitni nikber fir-relazzjoni tieghi m'Alla u fit-talb, nifhem ahjar lili nnifsi, niskopri relazzjonijiet godda, u niffaccja sfidi godda bhala missjunarju. Dawn l-ahhar erba' snin tawni l-okkazjoni li nghix ma' nies b'kultura u lingwa gdida, a tawni tama gdida ghall-futur taghna bhala Missjunarji ta' San Pawl.

    Hekk kif wasalt il-Filippini, ghalija nfethet dinja gdida. Din l-esperjenza ghinitni nikber ...

    Bhalissa x-xoghol principali tieghi huwa dak ta' kappillan fil-"Politechnic University of the Philippines", f'Manila. Waqt li nahdem mal-membri l-ohra tat-team fil-Campus Ministry, nista' nakkompanja tant zghazagh fil-mixja taghhom lejn Alla. Il-Filippini huma nies ta' spiritwalita' qawwija, li jridu jifhmu min huma u x'inhi s-sejha taghhom fil-hajja. Iz-zghazagh li nahdmu maghhom iberkuna, waqt li ghalina, il-fatt li qed nesperjenzaw tant hajja u energija kemm fit-team kif ukoll barra l-Campus jaghtina ferh kbir. Ghalija huwa ta' sodisfazzjon kbir li qieghed nghix u nahdem bhala Missjunarju ta' San Pawl.

    Nirringrazzja 'l Alla ghal dawk in-nies kollha li, bid-don tal-hajja u l-prezenza taghhom, ghinuni nsir naf ahjar lil Alla u niskopri l-ferh fis-servizz tieghi lill-Knisja bhala sacerdot missjunarju.

     

     

    "nimxi warajk kull fejn tmur"