|
Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl |
|||
Pagna PrincipaliMission Statement (u holmietna)StorjaIl-FundaturEsperjenziStudji u Spiritwalita' MSSPDirettorjuLinksEmail / guestbook"Ahna Lilkom"Area Riservata*** Lingwa Ohra *** |
Evangelizzazzjoni Permezz tal-Muzika - Fr Karm Debattista mssp Sa minn kmieni f'hajtu, il-muzika minn dejjem kienet parti mill-hajja ta' Fr Karm Debattista. Hu gharaf juza dan id-don li tah Alla biex iwassal il-messagg ta' Kristu b'mod mill-aktar effettiv.
Mill-mument li skoprejt lil Gesu’ fil-hajja tieghi u dak kolli li ghamel ghalija xtaqt biss li nwassal il-messagg tieghu. Din kienet wahda mir-ragunijiet ghaliex aghzilt is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Ridt li nevangelizza, naqsam ma’ haddiehor dak li l-Mulej ghamel mieghi. Il-muzika kienet dejjem parti minn hajti u ghalhekk ma domtx wisq ma skoprejt li stajt naghmel dan anke permezz ta’ ghanjiet. Anzi nahseb li huwa wiehed mill-aktar mezzi effetivi biex twassal messagg ghand hafna nies, specjalment zghazagh
Ghall-bidu kienu biss innijiet miktuba ghal xi attivitajiet partikolari li kien ikun hemm, imma bil-mod dawn gew irrekordjati biex johorgu fuq CD. Wara l-ewwel CD aghmilt hafna kuragg u bdejt nibdel anke l-istil ta’ kif nikteb u t-temi li nuza.
Hafna mis-songs li nikteb illum huma parti minn esperjenzi li nkun ghaddej minnhom. Uhud minnhom miktuba frott ta’ l-esperjenza fil-missjoni, ohrajn frott ta’ talb u l-mixja spiritwali personali tieghi.
Issa li hrigt erba’ CDs, naf li l-muzika qed tigi apprezzata allura nittama li nkompli nikteb biex nibqa’ nwassal dak li jiena nsejjahlu l-akbar messagg li l-bniedem qatt ircieva.
Tinsiex izzur il-website ta' Fr Karm fuq: http://www.geocities.com/karmdebattista |
||
|
"nimxi warajk kull fejn tmur"
|
|||