|
Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl |
|||
Pagna PrincipaliMission Statement (u holmietna)StorjaIl-FundaturEsperjenziStudji u Spiritwalita' MSSPDirettorjuLinksEmail / guestbook"Ahna Lilkom"Area Riservata*** Lingwa Ohra *** |
Kappillan tal-Emigranti fl-Awstralja - Fr John Taliana mssp Fr John Taliana mar l-Awstralja bhala membru tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl meta kien ghadu qieghed jistudja ghas-sacerdozju. Wara li qaddes hu hadem kemm bhala kappillan tal-emigranti kif ukoll fil-parrocca. Il-fatt li hu stess esperjenza xi tfisser li tkun emigrant ghinu mhux ftit biex jifhem ahjar il-bzonnijiet tal-emigranti fl-Awstralja.
Bhal kull qassis iehor, il-kappillan tal-emigranti jakkompanja n-nies fil-mixja taghhom, u jaqsam maghhom il-ferh u n-niket tal-hajja ta' kuljum. Ix-xoghol tal-kappillan tal-emigranti huwa mportanti u bzonnjuz hafna, ghax hu msejjah biex iservi bhala pont bejn il-Knisja Awstraljana u l-komunita' etnika. Ghalhekk huwa mportanti li l-kappillan ikun jaf sew l-Ingliz, ikun midhla tal-istorja tal-Knisja fl-Awstralja u jkun ghix fiha ghal xi zmien. Il-kappillan jghin lill-membri tal-komunita' tieghu biex isiru membri attivi u hajjin tal-parrocca fejn ikunu joqoghdu. Bhala kappillani tal-Maltin, ahna l-membri tal-MSSP minn dejjem aghmilna hilitna biex dan inwettquh sew.
Lil kull kappillan tal-emigranti dejjem issibu jigri minn post ghall-iehor. Dak tal-komunita' Maltija m'hux eccezzjoni, ghax il-Maltin jinsabu mxerrdin sew mal-Awstralja kollha. F'hafna parrocci jsiru quddies u celebrazzjonijiet ohra bil-Malti, specjalment fejn in-numru ta' familji Maltin ikun kbir hafna. Spiss ikun hemm ukoll okkazjonijiet fejn il-komunita' Maltija tiltaqa' flimkien ghal celebrazzjonijiet ohra, mhux biss dawk religjuzi jew tal-Knisja. Illum il-komunita' Maltija fl-Awstralja qieghda tikber fiz-zmien. Dan ifisser li hafna Maltin isibu ruhhom fl-isptarijiet jew fi djar tal-anzjani. Aktar ma jghaddi z-zmien, aktar dawn ihossu l-bzonn li jsibu sacerdot Malti biex ikunu jistghu jifthu qalbhom mieghu bl-ilsien originali taghhom. Naturalment, waqt dawn il-visti fid-djar jew fl-isptarijiet il-kappillan jiltaqa' wkoll mal-familji taghhom. B'hekk ix-xoghol dejjem jikber, ghax aktar ma jsiru jafuh aktar imbaghad ifittxuh ghall-bzonnijiet li jista' jkollhom. Il-kappillan spiss ukoll jiccelebra okkazjonijiet ta' ferh, bhal ma huma zwigijiet u maghmudijiet. Ghalina dawn dejjem ikunu okkazjonijiet importanti fejn nghinu lill-koppji u lill-familji fil-preparazzjoni ghal dawn is-sagramenti u fl-ghixien ahjar tal-hajja taghhom nisranija. Fl-ahhar nett, huwa mportanti hafna li l-kappillan tal-emigranti jahdem dejjem id f'id mal-kappillan tal-parrocca. Hu ma jistax jaqdef ghal rasu, imma flimkien jahdmu ghall-gid tal-poplu afdat f'idejhom. |
||
|
"nimxi warajk kull fejn tmur"
|
|||