Storja
|
|

Storja fil-qosor tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Aghfas fuq ir-ritratti biex tara r-ritratt ahjar u xi spjegazzjoni

- 30 ta' Gunju, 1910
- Guzeppi De Piro jaccetta l-ewwel zewg membri
fis-Socjeta' Missjuarja tieghu.
- 14 ta' Novembru, 1921
- L-Isqof ta'
Malta japprova formalment it-twaqqif tas-Socjeta'.
- 18 ta' Marzu, 1924
-
L-ewwel regoli tas-Socjeta' jigu approvati mill-awtoritajiet tal-Knisja.
- 21
ta' Gunju, 1927
 - Fra Guzepp Caruana jigi mibghut l-Abbisinja (illum, l-Etjopja)
bhala l-ewwel missjunarj tas-Socjeta'. Hu baqa' hemm sal-1975, meta miet fl-eta'
ta' 83 sena.
- 17 ta' Settembru, 1933
- Mons. Guzeppi De Piro jmut fl-eta' ta' 55
sena. Hu jhalli warajh Socjeta' li ghadha fi ckunitha, tipprova taghmel l-ahjar
li tista' biex tghix.
- 14 t' April, 1948
 - Dun Mikiel Callus isir
l-ewwel qassis tas-Socjeta' li jilhaq Superjur Generali tal-istess Socjeta'.
- 2
t' Awissu, 1948
- Dun Wistin Grech isir l-ewwel membru MSSP li jirfes l-Awstralja.
- Jannar, 1959
-
Is-Socjeta' tiftah l-ewwel dar taghha f' Ontario, il-Kanada.
- Mejju, 1968
- L-ewwel grupp ta' Missjunarji ta' San Pawl jasal il-Peru.
- Dicembru, 1972
- Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl tidhol
Michigan, l-Istati Uniti tal-Amerka.
- 19 ta' Jannar, 1973
- Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl tigi maghrufa ufficjalment mill-Vatikan bhala Ordni
Religjuz Pontificju, taht il-Kongregazzjoni tal-Evangelizzazzjoni tal-Gnus.
- Jannnar, 1981
-
Il-Missjunarji ta' San Pawl jifthu missjoni gdida fil-Pakistan, fil-belt ta'
Faisalabad.
- Jannar, 1997
- L-MSSP tibda diskussjonijiet mal-awtoritajiet
tal-Knisja fil-Filippini biex tiftah missjoni gdida hemmhekk.
- Marzu, 1997
 -
Is-Socjeta' tixtri dar Ruma, bil-hsieb li f'qasir zmien tingarr hemm l-Amministrazzjoni
Generali tal-MSSP.
- 8 ta' Mejju, 1998
- Tinfetah ufficjalment
id-Dar Generalizja gdida tal-MSSP, f'Ruma.
- 11 ta' Jannar, 1999
- Fr Lonnie Borg
jasal il-Filipppini mill-Pakistan, biex ikun l-ewwel membru f'din il-Missjoni
gdida tas-Socjeta'.
- 15 ta' Frar, 1999
- L-MSSP terga' tidhol
il-Kanada. Frs Dominic
Cachia (mill-Awstralia) u Mark Demanuele (minn Malta) jibdew jahdmu mill-Parrocca
ta' San Pawl Appostlu, f' Toronto.
- Lulju, 2000
 -
Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl izzomm l-ewwel Kapitlu Generali fl-istorja
taghha barra minn Malta, ezattament f' "St Paul's Missionary College", l-Awstralja.
- 25 ta' Jannar, 2003
- Jaghlaq il-process djocesan tal-Kawza
tal-Bejatifikazzjoni ta' Mons Guzeppi De Piro. Il-materjal kollu li ghandu
x'jaqsam mal-Kawza issa jintbaghad Ruma, ghand il-Kongregazzjoni tal-Qaddisin.
-
- 28 t' April, 2009
- Is-Superjur Generali Fr Bernard Mangion ibierek
u jiftah ufficjalment "St Paul's House of Formation", id-Dar Internazzjonali
tal-Formazzjoni tas-Socjeta', f'Manila, il-Filippini.
|