|
Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl |
||||
Pagna PrincipaliMission Statement (u holmietna)StorjaIl-FundaturEsperjenziStudji u Spiritwalita' MSSPDirettorjuLinksEmail / guestbook"Ahna Lilkom"Area Riservata*** Lingwa Ohra *** |
"Lay Brother" fil-Pakistan - Br. Dominic Borg mssp Br. Dominic Borg huwa membru profess fis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Hawn jghidilna ftit dwar il-hajja u x-xoghol tieghu fil-Pakistan, li huwa pajjiz Musulman.
Jiena Br. Dominic Borg mir-Rabat ta' Malta. Dhalt fis-Socjeta' Missjunarja ta’ San Pawl f’Settembru 1974. Wara n-novizzjat kelli diversi xogholijiet f’Malta u Ghawdex. F’Mejju 1997 tlaqt Malta biex nibda naghti s-servizz tieghi fil-Missjoni tal-Pakistan. Din kienet l-ewwel esperjenza tieghi fil-Missjoni. Wara ftit jiem f’Karachi tlajt Faisalabad fejn is-Socjeta' Missjunarja taghna kienet qed tahdem f’Zewg Parrocci, gewwa Chak Jhumra u Chak 7. F'din tal-ahhar, barra il-parrocca kellna wkoll dar tal-formazzjoni. Jien fil-bidu bdejt nistudja l-lingwa u anke inzur il-villaggi tal-parrocca mal-Fathers. Hawn aktar ma zzur id-djar aktar tara r-realta' tal-hajja tan-nies. Imbaghad aghmilt ukoll ftit tax-xhur gewwa Chak Jhumra, fejn barra x-xoghol normali tal-parrocca ghandna wkoll Hostel ghat-tfal iltiema u skola primarja. Hawn ukoll kont naghmel diversi zjajjar fil-familji u norganizza diversi attivitajiet tal-parrocca. Naturalment, kont naghti wkoll daqqa t’id fil-Hostel tat-tfal u fl-iskola. Wara gejt mitlub immur Lahore, fil-parrocca ta' Yuhannabad u hawn ukoll kont naghti s-servizz tieghi fil-parrocca. Il-Parrocca ta’ Yuhannabad hija kbira hafna u ghandha maghha diversi villaggi. Hawn ukoll tliet skejjel primarji. Bhalissa jien responsabbli tal-iskejjel tal-parrocca fejn ghandna hafna tfal li qed jigu edukati, uhud minnhom b’xejn minhabba il-qaghda finanzjarja tal-familja. Jien ukoll nghin fix-xoghol pastorali tal-parrocca fejn immur inzur il-villaggi u naghmel Bible Services. Iz-zjajjar fil-familji huwa xoghol importanti hafna, u ghalhekk darba fis-sena nippruvaw inzuru id-djar kollha tal-parrocca, biex nisimghuhom u maghhom nitolbu u nitkellmu.
Hawn huwa dover taghna li nzommu hbiberija ma' shabna l-Musulmani, u ghalhekk kultant nistednuhom ghal xi programmi li norganizzaw. Il-Musulmani juruna hafna rispett, specjalment dawk li qed jghixu madwarna. Hawn ukoll nixtieq insemmi li anke fl-iskejjel taghna ghandna numru zghir ta’ tfal Musulmani. Fl-ahhar, ta' min isemmi li fid-dar taghna spiss nistiednu zghazagh li juru x-xewqa li jissiehbu mas-Socjeta' Missjunarja taghna. Minbarra li jkollhom l-opportunita' li jaraw il-hajja u x-xoghol taghna mill-qrib, norganizzawlhom ukoll laqghat ta' formazzjoni w ta' talb. |
|||
|
"nimxi warajk kull fejn tmur"
|
||||