|
Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl |
||
Pagna PrincipaliMission Statement (u holmietna)StorjaIl-FundaturEsperjenziStudji u Spiritwalita' MSSPDirettorjuLinksEmail / guestbook"Ahna Lilkom"Area Riservata*** Lingwa Ohra ***
|
Il-Fundatur - Guzeppi De Piro
Guzeppi De Piro twieled Malta, fl-Imdina, fit-2 ta’
Novembru, 1877, minn familja nobbli u sinjura. Meta kien ghadu zaghzugh kien
beda jistudja l-ligi biex isir avukat, imma mbaghad hass li Alla kien qed
isejjahlu biex isir qassis. Fl-1903, wara li spicca l-istudji tieghu, gie ordnat
sacerdot f’Ruma. Bhala qassis gie afdat b’diversi xogholijiet fi hdan il-Knisja ta’ Malta, pero’ hu minn dejjem kellu l-aktar ghal qalbu il-missjonijiet u l-hidma qalb il-foqra. Sa minn meta kien ghadu qassis zaghzugh De Piro stinka biex iwettaq holma li kienet ilha tbgherren f’mohhu – dik li jwaqqaf Socjeta’ ta’ qassisin u Brothers biex ixandru l-Ahbar it-Tajba. Dan sehh fit-30 ta’ Gunju 1910, meta giet imwaqqfa is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. L-ewwel membri malajr wirtu minnghandu dak iz-zelu missjunarju u l-imhabba li kellu ghal min hu fil-bzonn. Fl-1927 baghat l-ewwel missjunarju tieghu, Fra Guzepp Caruana, l-Etjopja, u hu stess kien behsiebu jzur din il-missjoni sitt snin wara. Pero’ Guzeppi De Piro miet nhar is-17 ta’ Settembru, 1933, fl-eta' ta' 55 sena. Halla warajh grupp zghir ta’ Brothers u sacerdoti, li, habta w sabta, sabu ruhhom minnghajr it-tmexxija ghaqlija tieghu. Sal-bidu tal-hamsinijiet is-Socjeta’ ghaddiet minn zminijiet difficli, imma l-membri taghha dejjem zammew shih fil-kliem profetiku li De Piro kien qal ftit zmien biss qabel ma miet, “Is-Socjeta’ tikber biss wara mewti”. Illum, ahna l-missjunarji ta’ San Pawl infittxu li nghixu l-karizma li ghaddielna Guzeppi De Piro b’fedelta’, f’dinja li dejjem tinbidel. Bl-impenn missjunarju taghna naghtu xhieda tal-imhabba t’ Alla f’parrocci, skejjel, centri ghaz-zghazagh, centri ghall-emigranti, qalb il-foqra u l-batuti, u f’artijiet imbieghda. Il-prezenza missjunarja taghna qieghda l-Awstralja, il-Peru’, il-Pakistan, il-Filippini, l-Amerka, il-Kanada, l-Italja u Malta.
Talba ghall-Bejatifikazzjoni tal-Qaddej t'Alla, Guzeppi De Piro. |
|
|
"nimxi warajk kull fejn tmur"
|
||