MSSP

 

Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl

 

  • Pagna Principali

  • Mission Statement (u holmietna)

  • Storja

  • Il-Fundatur

  • Esperjenzi

  • Studji u Spiritwalita' MSSP

  • Direttorju

  • Links

  • Email / guestbook

  • "Ahna Lilkom"

  • Area Riservata

  • *** Lingwa Ohra ***

     

     

     

    Hajti f'Parrocca MSSP

    -  Damien Borg

    Damien Borg ghix hajtu kollha fil-parrocca ta' Our Lady of Victories, Horsley Park (l-Awstralja). Hawn jaqsam maghna ftit hsibijiet dwar kif il-parrocca ghinitu jikber, u fuq kif qed jghix bhala membru attiv fi hdan din il-parrocca.

    Jisimni Damien Borg, ghandi 22 sena, u jien membru fil-Kunsill Parrokkjali (bhalissa qieghed fit-tieni sena ta' servizz fil-Kunsill).

    Jien membru tal parrocca ta' Our Lady of Victories, Horsley Park, u ili fi hdan din il-parrocca sa minn twelidi.

    Madwar din il-knisja u l-parrocca tal-MSSP jien kbirt kemm fizikament kif ukoll spiritwalment. Il-hajja tieghi fi hdan din il-parrocca kienet ta' tant gid ghalija; il-parrocca ghandha tant x'toffri lil kull wiehed u wahda mill-parruccani.

    Madwar din il-knisja u l-parrocca tal-MSSP jien kbirt kemm fizikament kif ukoll spiritwalment.

    Meta kont zghir kont inservi bhala abbati, u dan ghinni niehu sehem attiv fic-celebrazzjoni tal-Quddiesa, kif ukoll tani rwol specifiku fil-parrocca.

    Il-parrocca taghti opportunitajiet u ghajnuna lil kull min irid verament jippartecipa u lil kull min ikollu bzonn ta' xi ghajnuna - minn servizz fuq l-altar bhala abbati, sehem fil-purcissjoni tal-offertorju, servizz ta' lettur jew ministru tal-Ewkaristija, liturgiji ghat-tfal, jew gruppi ohra bhal ma huma l-grupp socjali jew il-grupp tal-irgiel jew xi wiehed mill-kumitati li jorganizzaw diversi aspetti tal-hajja tal-parrocca (bhal ma huma l-kumitati tal-liturgija u tal-festa).

    Il-knisja u l-parrocca jrawwmu sens kbir ta' komunita' f'kulhadd, ghax inhossuna lkoll maghqudin fi twemmin komuni u fil-fidi f'Alla u fit-taghlim tieghu.

    Tul is-snin tal-hajja tieghi, din il-parrocca tatni hafna; issa bhala membru fuq il-Kunsill Pastorali Parrokkjali nipprova ntiha xi haga lura jien. Il-parrocca ta' Horsley Park u l-familja MSSP issa huma bicca minn hajti, kif ukoll mill-hajja ta' hafna, fejn il-ferh u s-sodisfazzjon li wiehed jista' jkoll jistghu ikunu limitati biss minn kemm wiehed jemmen f'Alla u kemm lest li jaghti sehemu.

     

     

    "nimxi warajk kull fejn tmur"